Raġel isofri ġrieħi serji waqt inċident tat-traffiku fil-Furjana

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-2.00a.m, fejn il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Nazzjonali, il-Floriana.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 36 sena residenti l-Imsida kien tilef il-kontroll tal-vettura Ford Kuga u kellu impatt ma’ siġra.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu. Ir-raġel wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport