Sunday, December 22, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’argument f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m kien involut f’argument li seħħ fi Triq San Ġorg f’San Ġiljan.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien hemm argument bejn Iranjan ta’ 27 sena residenti tas-Sliema u raġel ieħor li wara l-argument ħarab minn fuq il-post. 

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport