Raġel kellu jittieħed l-isptar wara li aktar kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina Birkirkara.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm meta raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi li kien qiegħed isuq Ford Transit kien involut f’ħabta ma’ Honda Accord li kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Balzan.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn assistenew lis-sewwieq tal-Ford Transit. Hu ttieħed l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.