Kien għall-ħabta tat-3.00pm meta l-Pulizija rċivew rapport li fi Triq Ġwanni Pawlu II fir-Rabat Għawdex kienet għadha kemm seħħet ħabta bejn karozza u mutur.
Fuq il-post ukoll mar tim mediku b’ambulanza li wara li assistew lis-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura. Is-sewwieq tal-mutur għandu madwar 60 sena u residenti l-Għasri.
Konsegwenza ta’ dan l-inċident inħloq traffiku kbir fir-Rabat Għawdex bil-pulizija jagħmlu dak kollu posibbli biex iġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll.
Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
Aktar informazzjoni kif taslilna…