Raġel Albaniż kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:10 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li r-raġel li għandu 28 sena u li jirrisjedi f’Marsaskala kienq qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ konkos meta għal xi raġuni qabad idu f’makkinarju.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.