Għall-ħabta tat-3:00 p.m ,il-Pulizija gew infurmati li fl-inhawi magħruf bħala tal-Mielaħ limiti tal-Għarb seħħ iċident bi quadbike.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li fuq il-quadbike kien hemm Ġermaniż ta’ 58 sena u tifel ta’ 10 snin tal-istess nazzjonalitá. Għal xi raġuni, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-quadbike, bil-konsegwenza li waqgħu ħames filati
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassisiti lil persuni nvoluti. Il-pulizija jinsabu wkoll fuq il-post jinvestigaw dan il-każ.
Sa issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa
Aktar kmieni: Żewg persuni jweġġgħu f’inċident bil-quad bikes fl-Għarb
Żewġ perusni weġġgħu f’inċidenti waqt li kienu qegħdin isuqu l-quadbike fl-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ limiti tal-Għarb Għawdex.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassisiti lil persuni nvoluti. Il-pulizija jinsabu wkoll fuq il-post jinvestigaw dan il-każ.
Aktar dettalji kif jaslulna …