Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-4.15 a.m, seħħ inċident fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.
Minn stħarriġ illi sar jirriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara kien qed isuq il-karozza tiegħu, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa f’parapett.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel asistenza lilu u liż-żewġ passiġġiera li kienu miegħu fuq wara tal-karozza, sakemm dawn ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



