Friday, May 3, 2024

Robert Abela b’appoġġ ta’ 22% aktar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Ftit ġimgħat qabel tibda uffiċjalment il-kampanja għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jidher li l-Partit La- burista jibda b’vantaġġ ta’ 22,400 vot. Dan skont stħarriġ ta’ Dott. Vincent Marmarà li sar bejn it-8 u t-12 t’April.

Dan l-istħarriġ wera wkoll li l-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela għandu appoġġ ta’ 22% fuq l-avversarju politiku tiegħu, Bernard Grech.

Għall-mistoqsija “Liema mexxej politiku jippreferu li jkun il-Prim Ministru ta’ Malta?”, 44.5% wieġbu Robert. Abela u 22.5% wieġbu Bernard Grech. 12.3% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 11.2% wieġbu li ma jafux u 9.5% qalu oħrajn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport