Il-kowċ ta’ Olympique Marseille Roberto de Zerbi faħħar l-attitudni professjonali tal-attakkant internazzjonali Ingliż Mason Greenwood. L-eks kowċ ta’ Brighton and Hove Albion qal li dan l-eks plejer ta’ Manchester United u Getafe se jkun protagonista matul dan l-istaġun anke għax hu qed itih ħafna responsabbilta’ u fiduċja.
Greenwood qed ipatti bil-kbir din il-fiduċja hekk kif skorja sitt gowls fi tmien logħbiet milgħuba li b’kollox jammontaw għal 709 minuti.