Il-Fondazzjoni Papa San Ġwanni Pawlu II marufa bħala il “JP2 Cultural Foundation”, b’kollaborazzjoni sħiħa mal- Missio Malta (Uffiċċju ta’ Għawdex), ser jorganizzaw kunċert mill-kantant leġġendarju Għawdxi Mario Caruana magħruf sew għall-interpretazzjoni tiegħu tal-kanzunetta popolari “Ħamiema Bajda”. Dan l-avveniment huwa parti mill-“JP2 Memorial Festival 2026” għax-xahar ta’ Lulju.
Din l’attivita għanda wkoll skop filantropiku. Is-Sinjura Carmen Formosa minn Għawdex se tingħaqad ma’ grupp ta’ voluntiera minn Malta li ser jipparteċipaw f’esperjenza missjonarja fit-Tanżanija. Se jgħinu lis-Sorijiet tal-Assunta, kongregazzjoni femminili ta’ Oblati fid-Djoċesi ta’ Arusha. Hemmhekk se jaħdmu mat-tfal orfni, ommijiet bi tfal bi bżonnijiet speċjali, familji fqar bi problemi soċjali kif wkoll mal-morda.
Il-kantant ċelebri Għawdxi se tkun akkumpanjata mis-sopran Għawdxija Maria Caruana, li hija bintu. Il-kunċert se jinkludi diversi kanzunetti leġġendarji ta’ kull żmien. L-aħħar parti tal-kunċert se tkun iddedikata għal innijiet sagri, fil-preżenza ta’ Patri Marcello Ghirlando.
L-attivita se jsir nhar il-Ħamis 30 ta’ Lulju 2026 u tibda fit-20.30pm fi Triq Santa Marija, Victoria fl-ispazju fil-beraħ fil-ġenb tal-Knisja ta’ Savina. Il-Kunsill Lokali ta’ Victoria qed jappoġġja dan l-avveniment.
