Se jkun qed jinfetaħ Ċentru Terapewtiku għal żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet delikati

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Il-bżonn ilu jinħass. Kellek diversi sentenzi tal-Qrati fejn indikaw il-bżonn li jkun hemm Ċentru li ma’ jkunx post ta’ kastig imma post ta’ edukazzjoni. Kien diġa maħsub fl-2020 u jekk Alla jrid ikun proġett li jitwettaq b’suċċess”

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon f’kumment lil dan is-sit hekk kif waqt konferenza stampa ħabbar li se jkun qiegħed jinfetaħ Ċentru Terapewtiku għal adoloxxenti u żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet delikati. Ingħad li dan il-proġett, li se jkun qiegħed jilqa’ mat-18 -il resident se jkun qed jitwettaq fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ferħa f’Ħal Għargħur. 

Ġie rrimarkat li dan iċ-ċentru se jkun iegħed joffri ambjent sigur għal dawn iż-żgħażagħ. Permezz tal-għajnuna li se tkun qed tingħata lil dawn iż-żgħażagħ, dawn se jitgħallmu kif jirnexxu fis-soċjetà. Fl-istess ċentru se  jkun hemm ukoll għadd ta’ professjonisti, inklużi psikoloġisti. Dan kollu se jkun qed isir bil-għan li fen hu meħtieġ jew bżonnjuż, dawn iż-żgħażagħ jingħataw terapija. 

Il-faċilità se tinkludi gymnasium, tliet klassijiet, tliet workshops, klinika, kċina industrijali, u spazji miftuħa. Matul din il-konferenza, il-Ministru Falzon spjega li l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar ħarġu, u bħalissa għaddej xogħol fuq il-procurement u fuq l-iżvilupp tal-programm terapewtiku. Żied jgħid li l-binja se tiġi mwaqqfa skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri. Il-liġi tipprovdi li l-minorenni jintbagħtu fiċ-ċentru meta jkunu f’riskju serju li jaħarbu jew li jweġġgħu lilhom infushom jew lill-oħrajn u li kull deċiżjoni trid tkun approvata mill-Qorti.

Matul il-konferenza, tkellmet ukoll Direttur Ġenerali għall-Istrateġija u l-Implimentazzjon, is-Sinjura Alexia Vella fejn enfasizzat fuq il-fatt li dan mhuwiex ħabs imma ċentru terapewtiku bi pjan li se jkun imfassal għal kull individwu skont il-bżonnijiet tiegħu. Minbarra taħriġ vokazzjonali u ta’ ħiliet, is-servizz se jfittex li jibni relazzjonijiet ukoll mal-qraba taż-żgħażagħ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport