Sunday, June 14, 2026

Se nagħmlu tibdil kurċjali fil-qasam tal-IVF

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Waqt l-intervista li ta fuq l-istazzjon One, il-Prim Ministru qal li se tkun kruċjali waħda mill-ewwel bidliet li se jsiru fil-qasam tal-IVF. 

“Waħda mill-ewwel bidliet li rridu nagħmlu fl-ewwel 100 jum hi r-riforma fil-liġi li tirregola s-settur tal-IVF li tana riżultati sbieħ ħafna. Nafu realtajiet ta’ koppji li qed jgħidulna li aħna għax għad hemm bidliet li jridu jsiru jkollna nsiefru barra l-pajjiż biex inkunu nistgħu nsiur ġenituri. 

“U ma’ dik l-1,000 tarbija li kellna s’issa, irrid li jkollna ħafna iżjed. Waħda mill-ewwel bidliet hi li se nwessgħu n-numru ta’ kundizzjonijiet b’sittax oħra li dwarhom jista’ jsir it-test tal-PGTM,” qal il-Prim Ministru Abela.

“Se nibqgħu għaddejjin. Għandna mandat b’saħħtu. U għalhekk li bdeterminazzjoni kbira dawn se jkunu fost l-ewwel bidliet leġiżlattivi li se jagħtu direzzjoni ċara ta’ lejn fejn irridu nieħdu din il-leġiżlatura,” kompla jgħid il-Prim Ministru u mexxej Laburista Dr Robert Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport