Sunday, June 14, 2026

“L-elezzjoni għaddiet, imma l-missjoni tagħna biex ikollna Malta u Għawdex aħjar għadha kif bdiet”

- Il-Kap Nazzjonalista Alex Borg

Aqra wkoll

Waqt intervista li ta fuq l-istazzjoni nazzjonalista, Dr Alex Borg qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed jitlob il-fiduċja tal-Kunsillieri Nazzjonalisti biex ikompli l-proċess ta’ tiġdid li beda tmien xhur ilu u dwar l-emendi li se jipproponi għall-Istatut biex jinħolqu żewġ karigi ta’ Viċi Kap

Stqarr li minkejja li l-Partit Nazzjonalista ma kisibx ir-riżultat elettorali li xtaq, l-aħħar elezzjoni tat sinjal ċar li dejjem aktar Maltin u Għawdxin qed ifittxu alternattiva kredibbli għall-Gvern preżenti.

Dr Alex Borg qal li fl-aħħar tmien xhur il-Partit Nazzjonalista wettaq bidla importanti fil-mod kif resaq lejn in-nies, billi mexxa kampanja pożittiva, mibnija fuq proposti konkreti maħsuba biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

Huwa enfasizza li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jwettaq ir-rwol tiegħu bħala Oppożizzjoni effettiva, serja u responsabbli fil-Parlament, filwaqt li jibqa’ jersaq aktar viċin in-nies u joffri tama ġdida għal pajjiżna.

Alex Borg ħabbar li se jerġa’ jitlob il-fiduċja tal-Partit Nazzjonalista biex ikompli l-proċess ta’ tiġdid li beda tmien xhur ilu. Huwa sostna li l-prijorità tiegħu hija li jkompli jsaħħaħ lill-PN permezz ta’ strutturi aktar moderni, aktar parteċipazzjoni u aktar involviment ta’ nies ġodda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport