Sunday, June 14, 2026

22 persuna arrestati wara li nqabdu jgħixu illegalment f’pajjiżna

Aqra wkoll

Matul il-lejl illi għadda, 22 immigrant kienu arrestati mill-Pulizija wara li nqabdu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.

Huma nżammu waqt spezzjonijiet li saru fl-akwati ta’ Blata l-Bajda, il-Ħamrun u l-Marsa. Saru wkoll tfittxijiet f’numru ta’ residenzi privati fil-Marsa, il-Ħamrun, il-Fgura u r-Rabat.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija kienet assistita minn Uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni. Dawn il-persuni qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm titlesta l-ħidma tal-awtoritajiet biex jiġu rilokati lura f’pajjiżhom jew pajjiż ieħor li għandhom permess jirrisjedu fih.

Malta tibqa’ tonora l-obbligi tagħha kollha f’dan il-qasam, dejjem b’rispett totali lejn il-liġijiet ta’ pajjiżna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport