Saturday, December 21, 2024

Se tiġi eżentata l-VAT fuq professjonisti marbuta ma’ counselling u psiko-terapija

Aqra wkoll

“Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed nippubblikaw Avviż Legali li ġġib bidla u teżenta l-VAT fuq servizzi marbuta ma’ dawn il-professjonijiet. Jiġifieri f’pajjiżna għandna eżenzjoni ta’ ħlas ta’ VAT fuq kura medika. Is-servizzi ta’ Counsellors u Psiko-terapisti li sa issa ma kinux inklużi f’din l-eżenzjoni, issa se jkunu, għax nemmnu li wkoll jagħtu servizz importanti lin-nies. Is-saħħa tan-nies mhiex biss il-kura tal-ġisem imma anki dik mentali hi importanti,” ħabbar dan il-Prim Ministru waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq One Radio.

Robert Abela semma kif il-well being tas-soċjetà irid jibqa’ jiġi ndirizzat. Din ir-riforma hi waħda mill-elf proposta li wkoll se twassal għal kisba oħra.

Ekonomija

Sport