Il-Ġimgħa 26t’April 15:00 -19:30 għall-Professjonisti
Is-Sibt 27 t’April 09:00-13:30 għall-Professjonisti u Oħrajn interessati
Tema: Tfal Ferħana bi Trobbija Konġunta Sana
Bl-appoġġ tal-Ministeru għal Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u
l-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.
Il-kelliema bosta minnhom barrani jinkludu Imħallfin, Psikoterapisti u Speċjalisti fis-suġġett ta’ Parental Alienation u Shared Parenting. Wara li s-sena l-oħra Happy Parenting marru l-Qorti tar-Rumanija ndirizzaw 65 imħallef u professjonisti mill-Ħarsien Soċjali, Happy Parenting stiednu lil Simona Maria Petcu Psikoterapista; Alexandru Asmarandai u Nicoleta Monica Bratu Imħallfin biex jiġu Malta jitkelmu waqt il-konferenza internazzjonali. Stiednu wkoll lil Philip Marcus Imħallef mill-Iżrael rinomat għall-konsulenza li jagħti lil diversi gvernijiet u entitajiet madwar id-dinja, inkluż lill-gvern Malti, taħriġ lill-Kumitat Tekniku dwar Parental Alienation. Philip Marcus hu wieħed mill-konsulenti ewlenin ta’ Happy Parenting.
Mil-qasam lokali se titkellem Dr Claire Casha esperta fis-suġġett, li għamlet studju intensiv dwar l-importanza ta’ Shared Parenting. Il-Psikoterapisti Karl Wright u Ingrid Baldacchino se jkunu l-moderaturi. – Is-Sibt se jkun hemm żewġ workshops:
• Nagħrfu s-sinjali u nintervjenu minn kmieni f’każijiet ta’ Parental Alienation;
• L-Importanza ta’ Trobbija Konġunta
Il-konferenza hi mingħajr ħlas. Reġistrazzjoni permezz ta’ email [email protected]
Ibgħat ismek, il-professjoni, minn liema organizzazjoni, numru tal-karta tal-identità, numru tal-mobile, liema ġurnata tixtieq tattendi u jekk intix ser toqgħod għar-refreshments/lunch.
Data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni: 22 April 2024. First come, first served.
Għal aktar tagħrif tista’ ukoll tikkuntattja permezz tal-mobile jew WhatsApp +356 77603330 / +356 99565730
Jingħata ċertifikat ta’ partiċipazzjoni
Donazzjonijet jiġu apprezzati
B’sms SMS 506 17 318 biex tagħti €2.33
SMS 506 18 102 €4.66
SMS 506 18 954 €6.99
SMS 506 19 266 €11.65
Permess tal-BOV +356 99 56 57 30
Bank Transfer IBAN MT55VALL22013000000050005552804