Ilbieraħ filgħaxija, Claire Bellizzi, omm ta’ żewġt itfal ta’ 44 sena minn Ħal Għaxaq, ġiet inkurunata Mrs Malta 2026, filwaqt li Samuel Bugeja, ta’ 31 sena u wkoll minn Ħal Għaxaq, rebaħ it-titlu ta’ Mr Malta 2026.
Fil-kategoriji żgħar, Zoya Micallef u Faith Micallef Galea ġew inkurunati rebbieħa, filwaqt li Ilhana Cauchi, ta’ 16-il sena, rebħet it-titlu ta’ Miss Maltese Beauty Teen 2026. Shania Degiorio ħadet l-ewwel post fil-kategorija tagħha.
B’kollox ħadu sehem 58 parteċipant, f’serata mimlija kostumi Maltin, malji u lbies eleganti.
Is-serata fil-Vjal Montekristo ġiet ippreżentata minn Ivan Gaffiero u Alana Bondin.
Prosit lir-rebbieħa kollha u lill-parteċipanti kollha!
