Saturday, April 19, 2025

Sewwieq fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ta’ 46 sena residenti r-Rabat, kmieni dalgħodu jinsab fil-periklu tal-mewt f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn (0200hrs) fi Triq iż-Żejfa.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur BMW li kien qed jinstaq minn uffiċjal ta’ Transport Malta u Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ minnugih tim mediku li assista lill-uffiċjal u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport