Ilbieraħ, għall-ħabta tas-1:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Ġwann u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 29 sena u jgħix Tas-Sliema.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
