Sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiqu fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kymco misjuq mill-vittma u vann tat-tip Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.