Sunday, December 22, 2024

Sirjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ Libjan f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 47 sena residenti Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li aktar kmieni illum ,għall-ħabta tal-9:40 a.m kien involut f’argument fi Triq Ħaż-Żabbar f’Raħal Ġdid.

Minn investigazzjoni illi saru rriżulta li l-argument seħħ bejn żewġt irġiel, b’wieħed
minnhom, ġarrab xi ġrieħi f’idejh, allegatament permezz ta’ ħadida għall-ponta.

Minnufih bdew it-tfittxijiet għall-persuna l-oħra involuta, Libjan ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq. Huwa kien arrestat ftit tal-ħin wara fl-akwati tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid.

Is-Sirjan ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Aktar kmieni: Sirjan l-Isptar wara li kellu argument ma’ Libjan f’residenza f’Raħal Ġdid

Sirjan ta’ 47 sena residenti Raħal Ġdid stess jinsab l-Isptar għall-aktar kura meħtieġa, wara li aktar kmien dalgħodu għall-ħabta tal-9:40 a.m kien involut f’argument fi Triq Ħaż-Żabbar, f’Raħal Ġdid.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit, li l-argument seħħ bejn Sirjan u raġel Libjan ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq

Dan is-sit jinsab infurmat ukoll li l-aggressur ġie arrestat qrib l-għassa tal-Pulizja f’Raħal Ġdid stess u l bħalissa qiegħed jiġ mitkellem mill-Pulizija

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

Ekonomija

Sport