Fl-aħħar jiem il-pulizija investigat id-dħul f’pajjiżna b’mod illegali ta’ numru ta’ persuni. Il-każ seħħ fil-bajja ta’ Dellimara bejn it-13 u l-14 ta’ Settembru 2022. Wara li l-pulizija ssejħu fuq il-post, l-attenzjoni tal-investigazzjoni ffukat ukoll fuq min seta’ kkordina biex seħħ dan l-iżbark.
L-investigazzjonijiet waslu biex illejla se jitressaq il-qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, raġel Sirjan ta’ 50 sena, residenti Malta, akkużat b’reati relatati mat-traffikar ta’ persuni.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u mhux eskluż li jitressqu iktar persuni.