Sunday, May 24, 2026

Splużjoni f’minjiera tal-faħam fiċ-Ċina … tal-inqas 82 persuna jmutu

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 82 persuna mietu u tnejn oħra kienu rrapportati nieqsa wara splużjoni li seħħet f’minjiera tal-faħam fit-Tramuntana taċ-Ċina.

L-isplużjoni, li seħħet il-Ġimgħa li għadda fil-minjiera tal-faħam ta’ Liushenyu fil-provinċja ta’ Shanxi, qed tkun meqjusa bħala l-agħar waħda fil-minjieri fiċ-Ċina mill-2009. 

Meta seħħet l-isplużjoni, għall-ħabta tas-7.29 p.m. (ħin lokali), kien hemm 247 ħaddiem fil-post, b’aktar minn 100 persuna ingħad li ġew salvati. 

Il-President Ċiniż Xi Jinping qal li m’għandhomx jieqfu l-isforzi biex jinstabu aktar persuni filwaqt li dawk midruba se jkomplu jingħataw il-kura li għandhom bżonn.

Il-kunsill tal-istat tal-pajjiż aktar tard qal li se titwettaq “investigazzjoni rigoruża” u dawk li jinstabu responsabbli se jkunu “kkastigati”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport