Saturday, February 15, 2025

Studenti jqassmu kartolini għal Jum San Valentinu sabiex jagħmlu lil ġirien ferħanin

Aqra wkoll

Għall-okkażjoni ta’ Jum San Valentinu, is-subien ġewwa l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat saru pustiera għal ġurnata. Kien għalhekk li wasslu diversi kartolini ta’ San Valentinu lill-ġirien tagħhom, kartolini magħmulha bl-idejn minnhom stess.

Kienet propju l-iskola stess li ħabbret dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. Ġie spjegat li din l-attività ġiet organizzata mill-kunsill tal-istudenti ż-żgħar tal-istess skola.

Ingħad li din l-inizjattiva sabiħa ġabet magħha tbissima, ġentilezza, u messaġġi ta’ mħabba, tama, u pożittività, li fakkret lil kulħadd li ġesti żgħar jistgħu jagħmlu differenza kbira.

Tenniet li din serviet bħala tagħlima għall-istudenti subien sabiex ixerrdu l-ferħ bil-għan li l-komunità tagħna tħossha aktar speċjali!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport