Friday, May 3, 2024

Studenti tal-MCAST jagħżlu r-rota biex jaslu l-Kulleġġ

Aqra wkoll

Studenti tal-MCAST fl-aħħar jiem iddeċiedi li ma jużawx il-karozza biex imorru l-iskola iżda jirrikorru għall-mezz tar-rota biex jaslu minn darhom għall-MCAST. Din l-idea kienet ispirat minn grupp ta’ tfal f’Barċellona li flimkien mal-ġenituri tagħhom iddeċiedew li jibdew jużaw ir-rota minflok il-karozza bħala mezz ta’ trasport.

Iż-żgħażagħ Maltin flimkien mal-organizzazzjoni MOVE u xi għalliema bdew din id-drawwa fl-MCAST biex tonqos id-dipendenza minn fuq il-karozza. Il-lokalitajiet tal-istudenti varjaw minn madwar Malta kollha.

L-appell ta’ dawn l-azzjonisti hija biex aktar toroq isiru b’tali mod u manjiera li s-sewwieqa tar-roti jkunu aktar komdi jsuqu r-rota fit-toroq Maltin.

Sport