Tammetti fil-Qorti li kienet barra f’ħin meta suppost kellha tkun id-dar

Aqra wkoll

Donna Pace ta’ 34 sena residenti s-Siġġiewi ammettiet fil-Qorti li kienet barra minn darha f’ħin meta suppost kellha tkun ġewwa, bis-sentenza se tingħata fit-30 ta’ Lulju.

Hija kienet mixlija li bejn April u Lulju ta’ din is-sena naqset milli tħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu imporsi fuqha mill-Qorti tal-Maġistrati.

Fost il-kundizzjonijiet li bihom inħelset mill-arrest kien hemm li tirrapporta l-għassa kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Sibt u tkun id-dar bejn id-9.00 p.m. u s-6.00 a.m.

L-Ispettur Keith Xerri spjega lill-Maġistrat Ingrid Bianco li l-imputata kienet barra minn darha wara l-ħin li l-Qorti kienet ordnatilha tkun ġewwa fuq każ separat.

Id-difiza talbet għall-ħelsien mill-arrest għax qalet li l-mara għandha bint ta’ 16-il sena li tiddependi fuqha bil-Maġistrat Bianco laqgħet it-talba.

Pace ingħatat il-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li tiffirma l-għassa t-Tnejn, l-Erbgħa u s-Sibt; li tkun ġewwa bejn id-9.00 p.m. u s-6.00 a.m.; li tiddepożita €200 u li tagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €5,000.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport