Wednesday, January 8, 2025

Tammetti li ħebbet għal diversi uffiċjali tal-Pulizija

Aqra wkoll

Mara ta’ 37 sena mis-Serbja tressqet il-Qorti fejn ammettiet li ma kinitx taf x’qiegħda tagħmel meta kienet xurbana u allegatament ħebbet għal diversi uffiċjali tal-pulizija. 

Fil-Qorti ngħad li hija għamlet dan waqt li l-Pulizija kienu qed jippruvaw irażżnuha wara argument li kellha mal-kunjati tagħha. Ġie spjegat li l-argument seħħ il-Ġimgħa li għadda, f’Wied il-Għajn, meta l-imputata u l-kunjata kienu tlewmu u saħansitra ġew fl-idejn.

Intqal li meta ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija fuq il-post, allegatament l-imputata bdiet tgħajjar u toffendi lill-uffiċjali tal-Pulizija, ħebbet għalihom, tefgħet iż-żebgħa fuq wieħed minnhom u saħansitra kissret in-nuċċali ta’ uffiċjal minnhom.

Il-Prosekuzzjoni żiedet tispjega li l-imputata ilha Malta iktar minn 20 sena, tagħmel tajjeb għar-raġel li ma jaħdimx u li magħha jgħixu wkoll il-kuntatt. 

Ġie spjegat ukoll li anke l-imputata kellha xi ġrieħi meta kienet qed titrażżan mir-raġel tagħha u l-kunjata, sakemm il-kunjata ċemplet għall-assistenza tal-pulizija. 

Fil-Qorti, il-mara bdiet tibki u tolfoq, tant li saħqet li jiddispjaċiha li kienet aggressiva mal-pulizija. Qalet li kienet fis-sakra tant li kellhom jorbtuha biex jikkalmawha. Hija wieġbet li hi ħatja minkejja li kienet imwissija diversi drabi bil-konsegwenzi tal-ammissjoni ta’ ħtija.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, bis-sentenza fil-konfront tagħha mistennija li tingħata aktar tard dan ix-xahar.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport