Waslet fil-mitjar Malti għall-ewwel darba t-titjira diretta mill-ajruport John F. Kennedy fi New York. Din it-titjira kienet operata mil-linja tal-ajru Delta Airlines u waslet għall-ħabta tat-08:10am.
Kien f’Settembru tas-sena l-oħra meta d-Dputat Prim Ministru Ian Borg se tkompli ssaħħaħ il-konnettività ta’ Malta mad-dinja u kien hawn li ħabbar din ir-rotta l-ġdida.
It-turisti Amerikani huma magħrufa globalment għall-profil soċjoekonomiku tagħhom, b’ħafna minnhom ikunu vjaġġaturi bi dħul għoli u interess qawwi fil-kultura.


