Sunday, December 22, 2024

Telfa oħra kbira għal Malta kontra s-Slovakkja

Aqra wkoll

Malta …………. 0

Slovakkja …… 6

M’hemmx wisq x’wieħed jgħid hekk kif Malta sfat megħluba bl-iskor kbir ta’ 6-0 mis-Slovakkja fl-aħħar partita mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022.

Għall-kronaka, l-ewwel azzjoni denja tal-partita waslet fil-ħames minuta mill-Maltin meta Joseph Mbong għadda lil Teddy Teu­ma li bi through pass żmarka lil Paul Mbong fuq ix-xellug, li xeħet lejn Alex Satariano li kien ġej bil-ġirja, li iżda, ġie antiċipat fil-ħin minn David Hancko.

Peró fis-żewġ minuti sussegwenti l-Maltin sabu ruħhom fi żvantaġġ ta’ żewġ goals. 

Kien Tomas Suslov li xe­ħet lejn David Strelec li b’sidru niżżel lejn Albert Rusnak li mingħajr ma ħalla l-ballun imiss mal-art xeħet fir-rokna tax-xibka.

Maħsuda b’dan il-goal, wara ftit sekondi sofrejna t-tieni wieħed meta Paul Mbong tilef il-ballun fuq ix-xellug għas-spejjeż ta’ Tomas Suslov li ġera mal-linja u xeħet cross insidjuż  hekk kif Ondrej Duda ħarab il-kustodja ta’ Kurt Shaw u b’daqqa ta’ ras b’saħħitha sammar il-ballun fix-xibka.

Fis-16-il minuta, il-logħba kienet prattikament mirbuħa u mitlufa meta s-Slovakki skorjaw it-tielet goal wara li Stanislav Lobotka rebaħ il-pussess f’nofs il-ground kontra Matthew Guillaumier, għadda lejn ALBERT RUSNAK li avvanza u b’kumditá kbira sab l-ispazju kollu biex minn tarf il-kaxxa pplejsja l-ballun għar-rokna tax-xibka.

Fis-26 minuta, l-avversarji reġgħu sabu x-xibka iżda l-iskorer Lukas Haraslin kien senjalat f’pożizzjoni ta’ offside. 

U żewġ minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima, il-goal ta’ Tomas Suslov ma ġiex konvalidat minħabba li wasal minn offside wkoll.

Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-affarijiet għall-Maltin komplew jeħ­żienu me­ta Ryan Camenzuli ntwe­ra t-tieni karta safra għal foul fuq Suslov …. u fil-51 minuta Teddy Teuma ġie muri żewġ karti sofor f’temp ta’ 15-il sekonda wara li kkommetta foul … ipprotesta u rema l-ballun.

Fis-56 minuta, il-goalkeeper Malti, Henry Bonello, evita goals ċerti meta salva fuq xuttijiet mill-viċin ta’  Duda u Lukas Haraslin rispettivament.

Fid-69 minuta, ONDREJ DUDA għamilhom erbgħa meta kkonkluda mill-pass ta’ Suslov wara azzjoni mibdija minn Lobotka.

Tliet minuti wara, is-Slovakki skorjaw il-ħames goal meta Duda xeħet għan-nofs … u finta wara finta l-ballun wasal f’tarf il-kaxxa fejn is- sostitut Vernon De Marco ġie bil-ġirja u b’xutt fil-baxx xeħet fir-rokna tax- xibka.

Fit-80 minuta, ONDREJ DUDA għaqqad il-hat-trick personali meta kompla għal ġewwa mill-cross fil-baxx ta’  Suslov. 

MALTA: 1-Henry Bonello, 2-Kurt Shaw, 3-Ryan Camenzuli, 6-Matthew Guillaumier (21-Shaun Dimech 85), 7-Joseph Mbong (23-Triston Caruana 85), 11-Paul Mbong (19-Bjorn Kristensen 55), 13-Jean Borg (4-Karl Micallef 78), 14-Alex Satariano (9-Luke Montebello 54), 15-Cain Attard, 17-Teddy Teuma, 22-Zach Muscat   – Coach: Devis Mangia

SLOVAKKJA: 1-Martin Dubravka, 5-Lubomir Satka, 7-Lukac Haraslin (20-Robert Mak 61), 8-Ondrej Duda, 10-Albert Rusnak, 13-Tomas Suslov, 14-Milan Skriniar, 15-Martin Koscelnik (9-Robert Bozenik 77), 16-David Hancko (3-Vernon De Marco 70), 18-David Strelec (19-Ladislav Almasi 61), 22-Stanislav Lobotka (11-Jakub Hromoda 70)  – Coach: Stefan Tarkovic

REFEREE: Fran Jovic (Kroaz­ja)

ASS. REFEREES: Hrvoje Radic, Bojan Zobenica (Kroaz­ja)

RABA’ UFF.: Dario Bel (Kro­az­­ja)

SKORERS: A. Rusnak 6, 16, O. Duda 8, 69, 81, V. De Marco 72 (S)

AMMONITI: A. Satariano, R. Camenzuli, T. Teuma, J. Mbong (M)

TKEĊĊEW: R. Camenzuli 47, T. Teuma 51 (M)

Ekonomija

Sport