Thursday, December 26, 2024

Tifla ta’ 3 snin bi ġrieħi ħfif u mara bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-10:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fit-Telgħa ta’ Selmun, il-Mellieħa. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Mellieħa, u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti x-Xewkija, Għawdex.

Fil-Kia kien hemm ukoll tifla ta’ 3 snin. Il-persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ittieħdu kollha l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn il-mara ta’ 39 sena u t-tifla ta’ 3 snin ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’
natura ħafifa filwaqt li l-mara l-oħra ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Aktar kmieni: Tifla ta’ 3 snin l-Isptar wara inċident f’Selmun

Tifla ta’ 3 snin idaħħlet l-isptar għall-kura meħtieġa, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fit-Telgħa ta’ Selmun.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi, waħda misjuqa minn mara ta’ 39 sena mill-Mellieħa u l-oħra minn mara ta’ 26 sena mix-Xewkija.

Filwaqt li l-kundizzjoni tat-tifla għadha mhix magħrufa, it-triq bħalissa tinsab magħluqa

Aktar informazzjoni malli jaslulna …

Ekonomija

Sport