Tifla ta’ sena u seba’ xhur fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Tifla ta’ sena u seba’ xhur residenti Ħaż-Żabbar tinsab f’kundizzjoni serja wara li sabet ruħha
f’diffikultà fil-baħar, f’Marsaxlokk.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi tal-Bajja tal-Magħluq wara li t-tifla telqet minn fejn xi familjari u niżlet waħedha fil-baħar għall-ftit tal-ħin, izda sfortunatament laħqet belgħet xi
ilma u bdiet tbati biex tieħu n-nifs.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lit-tifla tiġi assistita minn xi familjari. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport