Mijiet kbar ta’ nies, urew ir-rabja tagħhom dwar grupp ta’ ġuvintur li fil-jiem li għaddew telgħu fuq il-bini tad-DB li għadu taħt kostruzzjoni u wieħed minnhom deher jagħmel l-awrina minn fuq għal isfel.
Ħafna kienu dawn li staqsew b’liema mod dawn irnexxielhom jitilgħu fuq il-bini meta dan suppost hu sigur u ħadd ma jitla’ fuqu ħlief ħaddiema u persuni awtorizzati minħabba periklu li jista’ jkun hemm.
Kien il-Viċi Sindku tas-Swieqi Jordan Galea Pace li tella’ filmat fuq il-midja soċjali ta’ dawn il-ġuvintur iwettqu “l-avventura” tagħhom.
Intant sorsi qrib dan il-ġurnal qal li s-sidien tad-DB u l-persuni kollha li huma responsabbli minn is-sit ta’ kostruzzjoni ħadu dan il-filmat b’serjetà kbira tant li nfetħet investigazzjoni interna biex jiġi stabbilit x’wassal għal dawn il-ġuvintur jaqbżu s-sigurtà kollha li hemm mal-bini u jispiċċaw fl-ogħla parti ta’ dan il-bini.
L-istess sorsi qalulna li hemm fuq għalhekk kollox hu “sigur għall-ħaddiema” mhux l-istess hu għall-persuni li mhux awtorizzati minħabba li l-bini għandu taħt kostruzzjoni.
