Mara ta’ 29 sena nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti, fejn kienet mixlija li allegatament serqet basket ta’ studenta tal-Junior College u li mill-basket fetħet il-portmoni u permezz t’hekk ġibdet madwar €600 mill-kont bankarju tagħha.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija qabdet lill-mara, hek kif din kienet qed issuq il-vettura tagħha bil-fanal imkisser. Intqal li meta din ġie mitkellma mill-Pulziija, din ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa. Dan hekk kif ġie nnutat li din kienet taħt sustanza illeċita.
Il-Prosekuzzjoni spjegat ukoll li l-akkużata mhijiex persuna affidabbli u li ppruvat tħebb għall-uffiċjali tal-pulizija waqt l-arrest. Fil-Qorti, hija wieġbet li mhix ħatja għall-akkkużi miġjuba kontriha, filwaqt li għamlet talba sabiex tingħata l-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.