Wednesday, October 9, 2024

Sentenza sospiża għal Brażiljan li ammetta li waddab qasrija ma’ bank fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena mill-Brażil ġie kkundannat tliet xhur sospiżi għal sentejn, wara li fil-Qorti ammetta li waddab qasrija ma’ bank fil-Belt Valletta.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sarah Kathleeb Zerafa spjegat li l-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa. Ġie spejgat li l-akkużat kien fis-sakra u li allegatament fixkel il-faċċata tal-bank mal-lukanda fejn kien qed jirrisjedi. Ingħad li l-qasrija ried iwaddabha lejn il-faċċata tal-lukanda għaliex ħaseb li sakkruh barra.

Quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia, il-Pulizija spjegat li meta tkellmu mal-imputat, dan qalilhom li tilifha meta sab il-bieb magħluq tal-lukanda tiegħu li fil-verità kien il-bieb tal-bank.

Il-Prosekuzzjoni irrimarkat li Marcio Malard esprima rimors għal dak li kien għamel u rrakomandat li jingħata sentenza sospiża. Il-Qorti qablet mal- Presokuzzjoni u ordnat sentenza sospiża fil-konfront tal-imputat.

Għall-akkużat deher l-Avukat tal-għajnuna legali Simon Micallef Stafrace.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport