Wednesday, October 9, 2024

Il-President b’messaġġ ta’ tama fost dawk li għaddejjin mill-ġlieda kontra l-kanċer

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono enfasizzat l-importanza li jitwassal messaġġ ta’ tama fost dawk li għaddejjin mill-ġlieda kontra l-kanċer, biex jiksbu l-kuraġġ jaffaċċjaw din il-marda u jibdew it-triq ta’ fejqan.

Il-President qalet dan waqt li kienet qed tindirizza l-konferenza nazzjonali ‘Raġġ ta’ Tama’, li saret fil-Palazz Verdala taħt il-Patroċinju tagħha u li fiha laqqgħet flimkien persuni li għaddejjin mill-isfida tal-kanċer u oħrajn li għelbu din il-marda, kif ukoll qraba tagħhom u professjonisti.

Il-konferenza kienet ukoll ċelebrazzjoni tas-suċċess tal-qasam tal-kura tal-kanċer f’Malta, li bl-avvanzi fit-teknoloġija u l-ħiliet tal-professjonisti mediċi, kif ukoll l-appoġġ ta’ entitajiet bħall-Malta Community Chest Fund, qed tinkiteb storja ta’ suċċess.

Waqt il-Konferenza saru wkoll interventi mill-Ministru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, l-Onorevoli Jo-Etienne Abela kif ukoll mix-Shadow Minister għas-Saħħa, l-Onorevoli Adrian Delia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport