Persuna titlef ħajjitha wara li għereq tanker irreġistrat f’Malta ’l barra minn Ibiza – salvati 17-il membru tal-ekwipaġġ

Aqra wkoll

Persuna tilfet ħajjitha wara li tanker irreġistrat f’Malta għereq fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, madwar 25 mil nawtiku ’l barra mill-kosta ta’ Ibiza, fi Spanja.

Transport Malta kkonfermat li t-tanker Med Emre għereq fis-26 ta’ Novembru, filwaqt li s-17-il membru tal-ekwipaġġ ġew salvati mis-servizzi Spanjoli tas-salvataġġ marittimu. Sfortunatament, wieħed minnhom miet wara li ddaħħal l-isptar.

Transport Malta spjegat li t-tim tekniku tagħha u t-Taqsima tal-Investigazzjonijiet dwar is-Sigurtà Marittima jinsabu f’kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet Spanjoli, li qed jinvestigaw iċ-ċirkostanzi tal-għarqa.

L-awtorità sostniet li se tkompli toffri l-assistenza meħtieġa u toħroġ aktar informazzjoni hekk kif jiġu vverifikati dettalji ġodda dwar l-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport