Monday, September 23, 2024

Il-Qorti Ewropea b’deċiżjoni kontra d-deroga Maltija għall-insib ta’ għasafar tal-għana

Aqra wkoll

Illum, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha fil-każ tal-Kummissjoni vs Malta dwar idderoga tar-riċerka fuq seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana selvaġġi.

Il-Gvern jirrikonoxxi s-sentenza tal-Qorti, li ddikjarat li element wieħed mid-deroga għar-riċerka applikata minn Malta fis-snin 2020, 2021 u 2022 ma kienx konformi mad-Direttiva dwar l-Għasafar.

Bħalissa qed issir analiżi dettaljata tas-sentenza biex jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet u t-triq ’il quddiem. Il-Gvern jibqa’ determinat li jiddefendi l-prattiċi legali tal-kaċċaturi u n-nassaba u se jkompli jimpenja ruħu malpartijiet interessati rilevanti kollha biex jiżgura li t-tħassib tagħhom jiġi indirizzat b’mod xieraq, b’rispett sħiħ lejn il-liġi tal-Unjoni Ewropea u din is-sentenza.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kien preżenti fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu sabiex jisma’ l-għoti tad-deċiżjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport