Franċiża ta’ 31 sena residenti l-Għarb Għawdex inżammet arrestata. Dan wara li tressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech
LL.D, Franċiża ta’ 31 sena residenti l-Għarb, Għawdex.
Hija ġiet akkużata li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:45 p.m, waqt li kienet f’appartament fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex, kellha fil-pussess tagħha
droga suspettata kokaina, liema droga instabet f’tali ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħha.
L-akkużata wieġbet mhux ħatja għall-akkużi li nġiebu kontriha u nżammet taħt arrest.