Monday, December 9, 2024

“Tippruvawx tixtru online … L-unika tilqima tal-Covid-19 li għandha tingħata hija dik mixtrija mill-gvern”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ persuni oħra jmutu

Anzjana ta’ 84 sena li mietet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei wara li rriżultat pożittiva fil-25 ta’ Diċembru.
Anzjana ta’ 77 sena li mietet fir-residenza ta’ San Vinċenz li rriżultat pożittiva fl-10 ta’ Diċembru.

It-tilqima

Dawk li huma verament fil-bżonn se jkunu qegħdin jiġu mlaqqmin minn djarhom. Iżda dawn huma biss dawk li verament fil-bżonn u huma mniżżlin fil-lista tal-Commcare. Min ikollu xi diffikultajiet hemm il-linja tat-telefown li hija l-145 fejn dak li jkun jista’ jċempel għal aktar informazzjoni.

Persuni rikoverati fl-Isptarijiet

Fit-taqsima tal-kura intensiva f’Mater Dei hemm 13-il pazjent
Fit-taqsima tal-mard infettiv hemm tmien pazjenti
Swali oħra fl-Isptar Mater Dei hemm 34 pazjent
Fl-isptar Boffa hemm 14-il pazjent
F’St Thomas hemm 11-il pazjent
Karin Grech hemm pazjent
Sammaritan it-Tajjeb hemm 68 pazjentMonte Carmeli hemm tliet pazjenti 
L-isptar Ġenerali t’Għawdex hemm 10 pazjenti

L-edukazzjoni

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li tul dawn l-aħħar xhur bħala awtoritajiet taw prijorità lis-saħħa, iżda ma setgħetx tieqaf l-edukazzjoni tat-tfal minħabba l-importanza li dawn ikomplu bil-proċess tat-tagħlim. Hija qalet li tajjeb li nfakkru li l-pjan matul il-pandemija rnexxa għax l-iskejjel ma kellhomx jagħlqu bħalma ġara f’pajjiżi oħra. Hija qalet dan kollu kien possibbli grazzi għall-ħidma konġunta u dan huwa li l-awtoritajiet jippretendu li jitkompla. Hija appellat lil dawk kollha involuti biex jibqgħu jiġu osservati l-miżuri ta’ mitigazzjoni.

Djar tal-anzjani

Hija qalet li għandna numru ta’ djar li għad għandhom numru ta’ każi u b’hekk l-awtoritajiet se jkunu qed ikomplu bil-miżuri ta’ mitigazzjoni biex ikomplu jitnaqqsu r-riskji. Hija fakkret li dawn id-djar qed jingħataw prijorità fil-proċess tat-tilqim biex ikun hawn aktar kontroll.

Żieda fil-każi tal-komunità

Gauci qalet li n-numru ta’ każi ġodda żdied ħafna fir-residenti u dan huwa kollu riżultat tal-attivitajiet li ġew organizzati matul il-festi relatati mal-Milied u l-ewwel tas-sena. Hija żiedet tgħid li tistenna li dawn il-każi jonqsu issa li erġajna lura għar-rutina tas-soltu.

Żieda fil-każi tal-persuni bejn il-25 sena u l-34 sena

Hija qalet li filwaqt li kif turi l-istatistika, meta kkumparat mal-każi tal-ġimgħa ta’ qabel kien hemm żieda f’kull età, kien hemm żieda sostanzjali fl-etajiet bejn il-25 u l-34 sena.

L-ittestjar

Gauci kompliet tisħaq dwar l-importanza tal-ittestjar. Hija qalet li matul il-pandemija kollha l-awtoritajiet Maltin saħqu dwar l-importanza tal-ittestjar biex il-każi jinqabdu fi stadju kemm jista’ jkun bikri.

Fl-ajruport

Il-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat bejn 29 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar saru 2,658 swab test li minnhom kien hemm 16-il persuna li rriżultaw pożittivi. Hija spjegat li dawn jitpoġġew f’iżolament biex b’hekk jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-pandemija.

Miżuri

Mistoqsija dwar il-miżuri u l-possibbilità li dawn jiżdiedu fil-jiem li ġejjin, Gauci qalet li l-awtoritajiet ikunu qed iħarsu mill-qrib l-iżvilupp tal-pandemija u b’hekk kollox jiddependi mill-każi li se jkunu reġistrati fil-jiem li ġejjin.

Rigward l-immigranti, hija qalet li kompla l-ittestjar għall-għarrieda fiċ-ċentri u li proprju din il-ġimgħa ġew interċettati xi każi ta’ persuni li tpoġġew minnufih f’iżolament. Hija qalet li madanakollu dawn huma biss ftit individwi.

Dwar ir-reġistrazzjoni għat-test, Gauci qalet li l-ittestjar kompla u li qed tintlaħaq id-domanda. Minkejja dan hija spjegat li hemm każi li jingħataw prijorità. Hawnhekk hija appellat biex dawk kollha li jċemplu biex jibbukkjaw jagħmlu dan fil-mument opportun.

It-tilqima

Mistoqsija mill-ġurnalisti jekk persuna tistax tixtri t-tilqima, hija għamlitha ċara li t-tilqim li qed jiġi reklamat online mhuwiex approvat kontra l-Covid-19 u li għalhekk l-unika tilqima li għandna nirċievu hija dik mixtrija mill-gvern b’approvazzjoni ta’ sigurtà fuq is-saħħa tagħna.

Ekonomija

Sport