Monday, May 6, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Mro. Sunny Galea

Aqra wkoll

Propju ftit tal-ħin ilu, is-Soċjetà Filarmonika La Stella f’Għawdex ħabbret il-mewt ta’ Mro. Sunny Galea.

Is-Surmat Galea jibqa’ magħruf sew fil-qasam mużikali l-aktar dak fejn jidħol il-marċi tal-baned. Il-marċi tiegħu jindaqqu minn diversi baned Maltin u Għawdxin wara li għal snin twal kien ħadem fuq diversi kompożizzjonijiet.

Mro. Sunny Galea serva lill-Banda Ċittadina La Stella bħala Assistent Surmast, Solista u Bandist.

Fost il-kompożizzjonijiet li kiteb, għandu l-Innu popolari tal-Qalb ta’ Ġesù tal-Fontana.

Sport