Sunday, December 29, 2024

Transport Malta tinvestiga ħruġ ta’ żejt u se tieħu l-passi kontra minn wettaq tniġġis fl-ibħra

Aqra wkoll

Transport Malta ġiet infurmata b’roqgħa żejt li ħarġet minn operatur privat f’Manoel Island fil-Bajja ta’ Tignè Point matul il-jum tat-Tlieta. L-Awtorità mmobilizzat ir-riżorsi kollha meħtieġa biex iż-żejt jitneħħa minnufih u jitnaddaf il-baħar, liema tindif kellu jitlesta lbieraħ.

Transport Malta flimkien mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ordnat l-għeluq immedjat tal-bajja biswit Tignè Point bħala miżura ta’ prekawzjoni biex tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika.

L-Awtorità qalet li se tkun qed tieħu l-passi kollha meħtieġa u qed tinvestiga n-nuqqasijiet li seħħew biex tali tniġġis ma ġiex ikkontrollat fil-ħin minn kontra min wettaq dan l-inċident.

Il-pubbliku kien avżat biex isegwi l-aġġornamenti u jirrispetta l-għeluq temporanju tal-bajja għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Ekonomija

Sport