Thursday, December 26, 2024

Triq Reġjonali terġa’ tinfetaħ għat-traffiku wara tixrid ta’ żejt

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu s-sewwieqa ġew mitluba jevitaw Triq Reġjonali (qabel il-mini) direzzjoni lejn San Ġiljan, u jfittxu rotta alternattiva minħabba xi żejt li kien hemm fl-inħawi.

Kawża ta’ dan seħħet ħabta bejn xi vetturi, iżda fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Fil-post issejħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex is-sitwazzjoni setgħet tirritorna għan-normal. Fil-post inxtered xi ramel biex seta’ jiġi eliminat il-periklu u fl-aħħar ħin it-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.

Sakemm saret din il-ħidma inħolqot konġestoni kbira tat-traffiku fiż-żoni tal-madwar.

Ekonomija

Sport