Wednesday, May 20, 2026

Trump jgħid li waqqaf attakk fuq l-Iran fuq talba tal-istati tal-Golf

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li kien qed iżomm lura minn attakk militari fuq l-Iran li kien ippjanat għat-Tlieta, fuq talba tal-istati tal-Golf, hekk kif “bħalissa għaddejjin negozjati serji”. 

F’messaġġ fuq Truth Social, huwa qal li ntalab jagħmel dan mill-mexxejja tal-Qatar, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda. Huwa qal li ġie informat li se jintlaħaq ftehim li huwa “aċċettabbli ħafna” u żied jgħid li “ma jkunx hemm armi nukleari għall-Iran”. 

Madanakollu, Trump wissa li l-Istati Uniti jkunu lesti li jimxu ’l quddiem b’attakk sħiħ u fuq skala kbira kontra l-Iran, fi kwalunkw mument, jekk ma jintlaħaqx ftehim li jkun wieħed aċċettabbli.

Sadanittant, kmandant militari għoli Iranjan qal lill-Istati Uniti biex ma jerġgħux jagħmlu “żbalji strateġiċi u kalkoli ħżiena.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport