Tuesday, December 24, 2024

Twassal l-messaġġ li ma tridx li n-nies jitħassru lil binha sempliċiment minħabba d-Down Syndrome

Aqra wkoll

“Jien Adam, jien tifel ta’ 3 snin u d-down syndrome ma jiddefinixxinix. Il-kromożoma żejda tiegħi ma twaqqafnix milli nkun dak li jien u nagħmel dak li nħobb!”

Dan qalitu omm iċ-ċkejken Adam, Marija Piscopo fuq il-paġna ta’ binha; ‘I am ADAM’, fejn spjegat li Adam iħobb imur l-iskola u li sħabu ma’ joqgħdux iħarsu lejh bħala tifel differenti minn ħaddieħor. 

Kompliet tgħid li jħobb ħafna jiltaqa’ ma’ nies ġodda u jagħmel il-ħbieb. L-omm enfasizat li ta’ spiss, binha jkun ħerqan li jitgħallem affarijiet ġodda. 

Fl-istess messaġġ, ingħad li hu ma għandux bżonn lil min jitħassru għax bħal tfal oħra, kapaċi jagħmel ħafna affarijiet. 

Ekonomija

Sport