Sunday, December 22, 2024

UEFA Europa League: Liverpool l-aktar li mpressjonaw

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League, Liverpool kienu l-aktar li mpressjonaw meta l-konfront tagħhom kontra Sparta Prague spiċċa f’sessjoni ta’ taħriġ meta għelbuhom bl-iskor ta’ 6-1 għal aggregate ta’ 11-2.

L-iskorers tagħhom kienu Darwin Nunez (7), Bobby Clark (8), Mohamed Salah (10), Cody Gakpo (14, 55) u Dominik Szoboszlai (48) filwaqt li Veljko Birmancevic (42) irrisponda għaċ-Ċeki. 

Brighton v Roma – Minkeja li Roma ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 kontra Brighton, huma xorta waħda kkwalifikaw b’aggregate ta’ 4-1.

Il-goal ta’ Brighton ġie skorjat minn Danny Welbeck (37).

West Ham v Freiburg – West Ham warrbu għal kollox l-isfida ta’ Freiburg, li kienu rebħu l-ewwel leg 1-0, u għelbuhom bl-iskor ta’ 5-0 għal aggregate ta’ 5-1.

L-iskorers kienu Lucas Pa­­queta (9), Jarrod Bowen (32), Aaron Cresswell (52) u doppjetta ta’ Mohammed Kudus (77, 85).

Slavia Prague v Milan – Milan ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Slavia Prague bl-iskor ta’ 3-1 għal aggregate ta’ 7-3.

Il-goals ġew skorjati minn Christian Pulisic (33), Ruben Loftus-Cheek (36) u Rafael Leao (45) filwaqt li Matej Jurasek (84) wieġeb għaċ-Ċeki li kellhom lil Tomas Holes (20) imkeċċi.

Atalanta v Sporting – Ata­lanta għelbu lil Sporting 2-1 biex għaddew b’aggregate ta’ 3-2. Kienu Ademola Lookman (46) u Gianluca Scamacca (59) li skorjaw għall-Bergamaschi wara li Pedro Goncalves (33) fetaħ l-iskor għall-Portugiżi.

Rangers v Benfica – Rangers sfaw eliminati meta f’darhom ġew megħluba 1-0 minn Benfica, b’goal ta’ Rafa Silva (66) biex il-Portugiżi għaddew b’aggregate ta’ 3-2. 

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Aston Villa v Ajax – Aston Villa ospitaw lil Ajax u kisbu rebħa komda ta’ 4-0, bil-protagonisti jkunu Ollie Watkins (25), Leon Bailey (60), Jhon Jader Duran Palacio (75) u Moussa Diaby (81). Ajax kellhom lil Sivert Mannsverk (66) imkeċċi.

Fiorentina v Maccabi Haifa – Minkejja li Fiorenti­na ġew miżmuma minn Mac­cabi Haifa, huma għaddew bl-aggregate ta’ 5-4.

Kien Antonin Barak (59) li fetaħ l-iskor għall-Viola iżda  Anan Khalaili (88) kiseb id-draw għal Maccabi.

Ekonomija

Sport