Monday, November 11, 2024

VisitMalta t’ment tan-Nisa: Malta miżmuma mill-Belarus

Aqra wkoll

Fit-tieni logħba tal-VisitMalta International Friendly Tournament, Malta kienet qed tfittex li ssegwi r-rebħa tajba tagħha bl-iskor ta’ 2-0 kontra l-Faroe Islands tal-Ħamis li għadda, b’rebħa oħra u wirja tajba kontra l-Belarus.

Il-partita ntemment fi draw ta’ 1-1. 

Il-goal tal-Maltin wasal it-58 minuta permezz ta’ goal mill-isbaħ ta’ Alicia Sultana li wara li rċeviet il-ballun fuq il-lemin, avvanzat ftit passi u b’xutt-cross delikat fuq il-ġirja, l-attakkanta Maltija rat il-ballun jispiċċa fix-xibka.

Meta kollox kien qed jidher li l-Maltin kienu se jirbħu l-partita, wasal il-goal kiesaħ u biered tal-Belarus skorjat minn Iana Artishevskaya li x-xutt fil-baxx tagħha qarraq bil-goalkeeper Maltija, Xuereb.

Iż-żewġ timijiet lagħbu hekk:

Malta: Janice Xuereb, Anne Marie Said, Valentina Rapa (Rebecca Bajada 81), Stephania Farrugia, Rachel Cuschieri, Alishia Sultana (Jade Flask 88), Maria Farrugia, Shona Zammit, Charlene Zammit, Brenda Borg, Haley Bugeja.

Belarus: Natallia Vaskabovich, Hanna Sas (Anastasiya Maher 84), Valeriya Belaya (Darya Maniukova 65), Hanna Kaziupa, Yuliya Sliasarchyk, Karyna Alkhovik (Iana Artishevaskaya 65), Natassia Shuppo, Melana Strautsava (Anastasiya Bovava), (Anastasiya Kavalina) Kapysha Volha 76), Hanna Pilipenka.

Referee: Martina Molinara (Italja).

Sport