Thursday, March 20, 2025

Wara tliet ġimgħat ta’ terapija fl-Ingilterra illum imiss li Kater tmur il-Belġju

Aqra wkoll

“Wara tliet ġimgħat ta’ terapija fl-Ingilterra, illum imiss li mmur il-Belġju għal trattament tal-moħħ permezz ta’ frekwenzi li jservu ta’ stimolu sabiex il-moħħ ikun jista’ jaħdem aħjar.”

Dan kien il-messaġġ li ttella’ fuq Facebook fuq il-paġna taċ-ċkejkna Kate- Kate: Writing My Story, fejn ġie spejgat li dan it-trattament jieħu kważi ħames sigħat kuljum.

Ingħad li dan se jkun ta’ għajnuna kbira għal Kate, biex forsi eventwalment, tkun tista’ tibda nitkellem, anke jekk ftit biss u b’hekk iċ-ċkejkna Ferriggi tkun tista’ tikkomunika aħjar.

Il-messaġġ, intemm b’dawn il-kliem; “Nittamaw li naraw ftit progress, hekk kif din id-darba se jsiru xi testijiet biex jaraw jekk kienx hemm titjib minn mindu bdejt dan it-trattament is-sena l-oħra”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport