Wednesday, March 26, 2025

“Wasalna fi żmien ta’ trasformazzjoni ekonomika oħra f’pajjiżna” – il-Ministru Silvio Schembri

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri enfasizza kif mill-2013 lil hawn seħħet trasformazzjoni ekonomika kbira. Biss biss, huwa semma kif minn seba’ biljun ewro li l-pajjiż kien jipproduċi fl-2013, is-sena li għaddiet, dan il-pajjiż kien qed jipproduċi 23 biljun ewro.

Il-Ministru Schembri sostna wkoll li l-ħelsien ekonomiku, speċjalment fid-dinja globalizzata tal-lum “mhix xi ħaġa li tista’ tgħid ilħaqtu u lest”. Saħaq li l-ħelsien ekonomiku trid tibqa’ tissielet ekonomiku kuljum. “Għalhekk l-importanza ta’ Gvern Laburista li jkompli jitkellem fuq l-ekonomija,” tenna l-Ministru Schembri. 

“Għalhekk huwa żmien propizju fejn qed nitkellmu dwar “Viżjoni Malta 2050”, li fil-ġimgħat li ġejjin se tkun preżentata lill-Kabinett u kif tiġi approvata, tinħareġ għall-konusultazzjoni pubblika. Għax issa wasalna fi żmien ta’ trasformazzjoni ekonomika oħra f’pajjiżna. Filwaqt li fl-aħħar 10 snin rajna industry 4.0 tidħol aktar fis-seħħ issa rridu nippreparaw għal industry 5.0, li allura permezz ta’ innovazzjoni u teknoloġiji nassistu biex l-attività ekonomika tittrasforma fi kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini,” tenna l-Ministru Schembri. 

Min-naħa tagħha, id-Deputat Laburista Cressida Galea tkellmet dwar ir-reżiljenza ekonomija ta’ pajjiżna grazzi għad-deċiżjonijiet għaqlin u f’waqthom li ħa Gvern Laburista.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport