Tuesday, June 9, 2026

Xi u Kim Jong Un jaqblu li jsaħħu r-relazzjonijiet f’summit f’Pyongyang

Aqra wkoll

Il-President Ċiniż Xi Jinping temm żjara ta’ jumejn f’Pyongyang, f’dak li kien l-ewwel vjaġġ uffiċjali tiegħu fil-Korea ta’ Fuq sa mill-2019. 

Huwa rċieva merħba kbira mal-wasla tiegħu f’dan il-pajjiż nhar it-Tnejn filgħodu, fejn intlaqa’ mill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un u minn gwardja tal-unur.

Aktar tard, Xi u Kim Jong Un qablu li jespandu l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-politika, l-ekonomija u l-kultura waqt summit li skont l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tal-Korea ta’ Fuq, KCNA, fetaħ kapitlu ġdid fir-relazjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Skont il-KCNA, Xi qal lil Kim li huwa għandu l-għan li jkompli javvanza r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Intant, iż-żewġ mexxejja qablu wkoll li jsaħħu l-komunikazzjoni strateġika permezz ta’ żjarat regolari minn uffiċjali ta’ livell għoli. 

Min-naħa tiegħu, Kim qal lil Xi li se jappoġġja bis-sħiħ il-prinċipju ta’ Ċina Waħda (One China Principle), li Beijing tqis bħala “li jfisser li ż-żewġ naħat tal-Istrett ta’ Tajwan jappartjenu għal pajjiż wieħed, irrispettivament mill-bidliet fis-sitwazzjoni internazzjonali.” Iċ-Ċina tqis lit-Tajwan, li huwa mmexxi b’mod demokratiku, bħala parti mit-territorju tagħha stess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport