Saturday, December 28, 2024

Xjenza Malta tingħaqad membru fi ħdan il-Federazzjoni Astronawtika Internazzjonali (l-IAF) 

Aqra wkoll

L-Aġenzija Xjenza Malta tħabbar ir-rikonoxximent uffiċjali tagħha li rċeviet bħala membru tal-Federazzjoni Astronawtika Internazzjonali (IAF). Is-sħubija uffiċjali seħħet waqt illaqgħa tal-Kungress Internazzjonali Astronawtiku (IAC) li tlaqqa’ bejn l-14 u l-15 ta’ Ottobru 2024, f’Milan, l-Italja, fejn l-applikazzjoni ta’ Xjenza Malta ġiet approvata permezz ta’ vot unanimu. 

Din is-sħubija ġdida tpoġġi lil Xjenza Malta f’network globali ta’ aktar minn 500 organizzazzjoni Spazjali u teknoloġiċi tar-riċerka, inklużi aġenziji ewlenin bħall-Aġenzija Spazjali Ewropea (l-ESA) u ċ-Ċentru Aerospazjali Ġermaniż (id-DLR). Permezz tassħubija fi ħdan l-IAF, Xjenza Malta qed issaħħaħ il-viżibiltà internazzjonali ta’ Malta, filwaqt li tavvanza wkoll l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Spazjali Nazzjonali għallperjodu 2022 – 2027, bil-ħsieb li tkompli trawwem il-kollaborazzjoni ta’ entitajiet Maltin fil-qasam tal-innovazzjoni Spazjali. Is-Senior Director ta’ Xjenza Malta s-Sur Omar Cutajar qal: “Is-sħubija tagħna fi ħdan lIAF tirrappreżenta pass importanti ieħor fl-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija Spazjali Nazzjonali 2022 – 2027. Bħala Xjenza Malta nibqgħu impenjati li nkomplu navvanzaw u nappoġġjaw l-iżvilupp tas-settur tal-Ispazju lokali.” Is-sħubija ta’ Xjenza Malta fl-IAF timmarka pass ewlieni fit-tisħiħ tar-rwol ta’ Malta fi ħdan il-komunità spazjali Ewropea u dinjija, billi tipprovdi opportunitajiet ġodda u esklussivi għal kooperazzjoni, skambju ta’ għarfien, u progress teknoloġiku għar-riċerka Spazjali lokali emerġenti kif ukoll setturi teknoloġiċi u kummerċjali anċillari.

Ekonomija

Sport